PR - 30.07.24
Is-silenzju jtarrax ta’ Miriam Dalli hu prova oħra tal-inkompetenza tagħha
Fid-dawl tal-akkużi fil-Qorti kontra l-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca, fosthom qtil involontarju, il-Partit Nazzjonalista jqis li l-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex tenibbli u għandu jirriżenja jew jitneħħa minnufih. Ir-responsabbiltà aħħarija għat-tneħħija hi tal-Ministru Miriam Dalli. Is-silenzju jtarrax min-naħa tal-Ministru hu prova oħra tal-inkompetenza tagħha.
Is-severità tal-każ u l-akkużi, li joħorġu minn inċident traġiku li rriżulta f’fatalità ta’ ħaddiem tal-WasteServ waqt li kien qed jaħdem f’impjant tal-awtorità, jitfgħu dell ikrah fuq il-kredibbiltà tiegħu. Dan ifisser li l-Kap Eżekuttiv ma jistax ikompli jaqdi dmiru b’mod denju.
Ir-responsabbiltà baqgħet ma ntrefgħetx anke wara li l-Inkjesta Maġisterjali kienet sabet nuqqasijiet u rrakkomandat li jittieħdu passi kriminali.
Rebekah Borg
Shadow Minister għall-Ambjent