PR - 29.04.24
Bżonn ta’ direzzjoni ċara li tagħti prijorità bil-fatti favur l-Ambjent
Il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti direzzjoni ċara li tagħti prijorità bil-fatti favur l-Ambjent.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed iżur l-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem.
Matul iż-żjara tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista seta’ jinnota d-dedikazzjoni tal-ħaddiema tal-Awtorità, li jaħdmu katina biex jipproteġu l-Ambjent kollu ta’ madwarna.
Hu spjega li l-Partit Nazzjonalista jrid jagħti direzzjoni ċara biex nipproteġu l-Ambjent u allura saħħet il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Għax hu biss b’Ambjent san, li kull wieħed u waħda minna jista’ jgħix ħajja sana.
Matul iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Ambjent Rebekah Borg u mill-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Norma Camilleri.