PR - 13.02.24
Minħabba n-nuqqas ta’ ppjanar għall-futur mil-Gvern issa qed isofri l-Ambjent
Minħabba li fl-aħħar 11-sena, il-Gvern kabbar il-popolazzjoni ta’ pajjiżna mingħajr ma ra li jkun hemm l-investimant infrastruttrali li hemm bżonn, l-ambjent tagħna qed iħallas prezz.
L-ewwel il-Gvern ma ppjanax għad-domanda tal-enerġija li ġġib magħa żieda fil-popolazzjoni u issa nduna li hemm bżonn “impjant tal-emerġenza”. U minħabba l-iskuża li dan hu urġenti wisq, mhux ħa jkun qed isir Environmental Impact Assessment fuq dan l-impjant biex isir studju tal-impatt ambjentali ta’ dan il-proġett.
Il-Gvern messu kellu pjan serju u fit-tul u mhux issa jridna naċċettaw l-iskuża billi jgħid li d-domanda għall-enerġija tas-sena l-oħra żdiedet, meta din kellha tkun prevista minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, l-istess bħal kif issa qed jantiċipaw li d-domanda se tkun saħansitra ogħla għas-sajf tal-2024.
Rebekah Borg
Shadow Minister għall-Ambjent