PR - 14.06.22

Il-PN irid li art pubblika bħall-bajja ta' Blue Lagoon tkun tal-poplu kollu u mhux biss ta' dawk ipprotetti mill-Gvern

Il-Partit Nazzjonalista jistaqsi għaliex ma tneħħewx id-deckchairs kollha minn Kemmuna.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jsegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-operaturi tad-deckchairs u l-umbrelel f’Kemmuna u qed jistaqsi għaliex mhux se jitneħħew id-deckchairs kollha mill-bajja tal-Blue Lagoon, issa li l-Ministru Clayton Bartolo ħabbar li mhux se jkunu permessi deckchairs fuq il-bajja tar-ramel, iżda dawn se jitħallew fuq il-moll.

Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jistaqsi kif, ladarba hu magħruf li kien fis-seħħ ftehim mal-operaturi bejn l-2015 u l-2017, jekk bħalissa m'hemmx ftehim, għaliex ma tneħħewx id-deckchairs u l-umbrelel kollha.

Il-Blue Lagoon tinsab fuq kull fuljett u website turistika. Imma dak li qed inbiegħu fuq dawn il-fuljetti mhux dak li qed isibu t-turisti.

Il-Partit Nazzjonalista jrid li l-art pubblika titgawda minn kulħadd u mhux biss minn dawk li huma protetti mill-Gvern. Għaldaqstant, jappella għall-infurzar meħtieġ u li dan ikun prijorità fejn tidħol art pubblika.

Għax l-art pubblika għandha tintuża' biss fl-aħjar interess taċ-ċittadin, filwaqt li min jikser il-Liġi m’għandux jitħalla jkompli jagħmel dan.

Robert Arrigo

Viċi Kap u Kelliem għat-Turiżmu

Rebekah Cilia

Kelliema għall-Artijiet u d-Drittijiet tal-Konsumatur

Previous
Previous

PR - 06.07.22